Siltiet minn Stedina ta’ Vassalli fil-ġurnal Il-Kaulata Maltia (1839)

Autor: Agius Muscat, David
Rok vydání: 2019
Předmět:
Popis: Fit-taqsima tar-Riċerka Storika nsibu x-xogħol ta’ David Agius Muscat li fih jeħodna lura fl-ewwel xhur ta’ meta Malta kisbet il-libertà tal-istampa. Waqt li kien qed jeżamina wieħed mill-ewwel ġurnali bil-Malti, Il Kaulata Maltia (1839), Agius Muscat sab li t-tielet u l-aħħar ħarġa li għandna f’idejna ta’ dan il-ġurnal fiha siltiet minn Stedina ta’ Mikiel Anton Vassalli. Fil-ħarġa m’hemmx l-isem tal-awtur. Sa qabel din is-sejba kien maħsub li Stedina kienet dehret l-ewwel darba fl-1841 f’pubblikazzjoni ta’ George Percy Badger. Fl-istess artiklu Agius Muscat jagħti tagħrif ġdid fuq Mikelanġ Camilleri, kittieb tas-seklu 19. Fih huwa attribwielu pubblikazzjonijiet li sal-lum jew konna nqisuhom anonimi, jew inkella konna nattribwuhom lil awturi oħrajn. Fl-artiklu Agius Muscat iġib ukoll ittra tal-1844 li tinsab fl-arkivju tal-Pontificio Collegio Irlandese, Ruma. F’din l-ittra jissemma kif il-Maltin ġabu ruħhom ma’ Camilleri meta minn qassis Kattoliku qaleb Protestant u żżewweġ.
peer-reviewed
Databáze: OpenAIRE